
Plejers tal-futbol
- Żid mal-favoritiPlejers tal-futbol
- Niżżel

Kemm jekk inti sostenitur jew plejer, inti taf li l-klabbs tal-futbol tal-UE jilagħbu taħt is-superviżjoni tal-Unjoni tal-Assoċjazzjonijiet Ewropej tal-Futbol (UEFA). Fl-2019, l-UEFA stmat li kien hemm aktar minn 50 000 plejer tal-futbol professjonali fl-UE, filwaqt li ħafna eluf aktar – żgħażagħ u anzjani – jilagħbu fil-ħin liberu tagħhom fuq livell tad-dilettanti.
It-timijiet multinazzjonali tal-futbol tal-lum ma kinux ikunu possibli mingħajr il-każ ewlieni Bosman fl-1995, meta l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (QTĠ) ikkonfermat il-prinċipju tal-moviment liberu tal-ħaddiema tal-UE. Il-Qorti ppermettiet lill-plejers tal-futbol jibdlu l-klabb ladarba jkunu skadew il-kuntratti tagħhom, mingħajr ħlas għal trasferiment jew mingħajr il-kunsens tal-klabb rilaxxanti. Dan ippermetta lill-plejlers jitolbu tariffi mal-iffirmar kif ukoll żidiet fil-pagi mill-klabbs attwali tagħhom. Id-deċiżjoni temmet id-diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità u barra minn hekk żiedet il-flessibbiltà tas-sistema tat-trasferimenti. Qabel Bosman, ir-regola tal-UEFA "3+2" kienet tippermetti massimu ta' tliet plejers barranin u żewġ plejers assimilati għal-logħob fil-kompetizzjonijiet Ewropej. Il-QtĠ temmet dawn il-kwoti u kull limitu għan-numru ta' plejers barranin li jistgħu jilagħbu għal tim partikolari. Każijiet oħrajn komplew estendew dawn ir-regoli għal plejers minn pajjiżi mhux tal-UE li diġà qegħdin jilagħbu fi Stat Membru.
L-UE u l-UEFA ġeddew il-ftehim ta’ kooperazzjoni tagħhom fl-2022, biex jippromwovu l-valuri u l-objettivi Ewropej permezz tal-futbol billi jaħdmu fuq politiki kontra d-doping, itemmu x-xiri tal-logħob u jnaqqsu l-marka tal-karbonju tal-futbol. Fuq nett tal-lista hemm il-prevenzjoni tal-vjolenza fuq u barra l-grawnd, pereżempju permezz ta’ kondiviżjoni ta’ informazzjoni bejn assoċjazzjonijiet tal-futbol dwar il-hooligans.
- Għal aktar informazzjoni
Il-publikazzjoni tal-EPRS dwar “ix-xiri tal-logħob: Il-kwistjonijiet u r-risponsi ta' politika”, https://www.europarl.europa.eu/thinktank/mt/document/EPRS_BRI(2016)580891
Is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea rigward il-politika dwar l-isport, https://sport.ec.europa.eu/policies
Is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-ftehim ta’ kooperazzjoni mal-UEFA, https://sport.ec.europa.eu/news/european-commission-and-uefa-sign-third-cooperation-agreement
EPRS | Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew, https://epthinktank.eu