
Iċ-ċittadini tal-UE li jgħixu fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE
- Żid mal-favoritiIċ-ċittadini tal-UE li jgħixu fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE
- Niżżel

Jekk darek tinsab f’xi gżira jew territorju tal-UE mbiegħda mill-kontinent, x’aktarx taf li l-UE tipprovdi assistenza speċjali għar-reġjun tiegħek. Disa’ reġjuni huma kklassifikati bħala reġjuni ultraperiferiċi tal-UE minħabba d-distanza tagħhom mill-kontinent Ewropew: Il-Guyana Franċiża, Guadeloupe, Martinique, Mayotte, Réunion u Saint Martin (Franza); Madeira u l-Azores (il-Portugall); u l-Gżejjer Kanarji (Spanja).
Bħalma inti stess stajt esperjenzajt, dawn ir-reġjuni jiffaċċjaw sfidi partikolari marbuta mad-distanza, bħal-livell għoli ta’ qgħad, l-esponiment għal diżastri naturali, u kwistjonijiet ta’ provvista tal-enerġija. It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE jipprevedi miżuri speċifiċi doganali, kummerċjali u agrikoli biex jappoġġjaw l-iżvilupp fir-reġjun tiegħek. Pereżempju, “il-Programm ta’ Soluzzjonijiet Speċifiċi Relatati mal-Periferiċità u l-Insularità”, magħruf bħala POSEI, għandu l-għan li jiżgura li l-ikel u prodotti oħra essenzjali jibqgħu għall-but ta’ kulħadd. B’kollox, hemm madwar 21 programm tal-UE li jqisu l-ħtiġijiet speċifiċi tan-nies li jgħixu fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE. Għall-2021–2027, dawn jinkludu azzjoni fis-settur marittimu u dak tas-sajd, kif ukoll fis-settur tal-agrikoltura u s-settur tat-trasport. B’kollox, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond Soċjali Ewropew Plus jallokaw EUR 1.5 biljun biex jgħinu lir-reġjuni ultraperiferiċi jqisu l-ispeċifiċitajiet tagħhom u jindirizzaw l-ispejjeż addizzjonali tagħhom.
Fl-2022, il-Kummissjoni Ewropea nediet strateġija ġdida bil-għan li ttejjeb il-kundizzjonijiet tal-għajxien fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE, trawwem l-iżvilupp u l-irkupru u t-tkabbir sostenibbli tagħhom, u tisfrutta l-potenzjal tagħhom.
- Għal aktar informazzjoni
Il-pubblikazzjoni tal-EPRS dwar ir-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE, https://www.europarl.europa.eu/thinktank/mt/document/EPRS_BRI(2022)733613
L-iskeda informattiva tal-Parlament Ewropew dwar ir-reġjuni ultraperiferiċi, https://www.europarl.europa.eu/factsheets/mt/sheet/100/outermost-regions-ors-
Is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-reġjuni ultraperiferiċi, https://ec.europa.eu/regional_policy/policy/themes/outermost-regions_en
EPRS | Is-Servizz ta’ Riċerka tal-Parlament Ewropew, https://epthinktank.eu