
Avukati Mingħajr Fruntieri
- Żid mal-favoritiAvukati Mingħajr Fruntieri
- Niżżel

Bħala avukat, ġeneralment inti l-ewwel punt ta’ riferiment għal nies li jkollhom bżonn parir legali speċjalizzat. B’aktar opportunitajiet biex nies, servizzi, oġġetti u kapital jiċċaqilqu madwar l-UE, l-avukati jaf ikollhom ix-xewqa li jaħdmu f’pajjiż ieħor, barra li qed ikunu aktar involuti f’każijiet transfruntiera.
Żewġ liġijiet tal-UE jindirizzaw il-moviment liberu tal-avukati. Liġi tal-1977 tistabbilixxi l-prinċipji tal-provvista transfruntiera ta’ servizzi legali, filwaqt li liġi tal-1998 tiffaċilita l-istabbiliment permanenti ta’ avukat f’pajjiż differenti tal-UE minn dak fejn ikun kiseb il-kwalifika professjonali tiegħu. Id-Direttiva tal-2005 dwar il-Kwalifiki Professjonali tapplika wkoll għall-avukati. Meta tiċċaqlaq minn pajjiżek, tista’ tintalab jew tagħmel perjodu ta’ adattament ta’ tliet snin jew tgħaddi minn test tal-aptitudni. Fil-livell tal-UE, l-avukati huma rrappreżentati mill-Kunsill tal-Għaqdiet Ewropej tal-Avukati, assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ li toħloq kollaborazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-UE u l-kmamar tal-avukati u s-soċjetajiet legali nazzjonali minn 46 pajjiż.
L-UE tipproteġi d-dritt għall-għajnuna legali għal dawk b’riżorsi finanzjarji limitati, u jeżistu sistemi ta’ għajnuna legali fil-pajjiżi kollha tal-UE kemm għall-proċedimenti ċivili kif ukoll għal dawk kriminali. Fl-2010, l-UE għaddiet liġi li tobbliga lill-gvernijiet jipprovdu d-dritt ta’ aċċess għall-interpretazzjoni u t-traduzzjoni lil dawk involuti fi proċedimenti kriminali transfruntiera. Jaf diġà ħdimt fuq każijiet bħal dawn, bil-kumplessitajiet kollha li jistgħu jinvolvu. Bħalissa, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill qed jaħdmu fuq regoli ġodda biex jiddiġitalizzaw il-proċedimenti ġudizzjarji transfruntiera, li se jiffaċilitaw b’mod sinifikanti l-ħidma tiegħek li tirrappreżenta lill-klijenti tiegħek barra mill-pajjiż.
- Għal aktar informazzjoni
Il-pubblikazzjoni tal-EPRS dwar il-Jum Ewropew tal-Ġustizzja 2022, https://www.europarl.europa.eu/thinktank/mt/document/EPRS_ATA(2022)738178
Il-pubblikazzjoni tal-EPRS dwar id-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja transfruntiera, https://www.europarl.europa.eu/thinktank/mt/document/EPRS_BRI(2022)739256
Is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki, http://ec.europa.eu/growth/single-market/services/free-movement-professionals/qualifications-recognition/specific-legislation_mt
EPRS | Is-Servizz ta’ Riċerka tal-Parlament Ewropew, https://epthinktank.eu























